Il-President tfakkar it-tieni sena tal-Presidenza

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preoca fakkret it-tieni sena minn meta ħadet il-ġurament tal-ħatra bħala d-disa’ President tar-Repubblika ta’ Malta.
Il-President tat ġieħ lill-eks Presidenti u lir-Repubblika ta’ Malta bit-tqegħid ta’ fjuri f’diversi lokalitajiet mal-monument tal-eks-Presidenti Maltin kif ukoll mal-monument tar-Repubblika fi Triq Diċembru Tlettax, fil-Marsa.
F’kummenti li tat, il-President tkelmet dwar ix-xogħol fil-Presidenza f’dawn l-aħħar sentejn, xogħol li kompla jibni fuq ix-xogħol tal-Presidenti preċedenti.
Fost oħrajn tkelmet dwar it-twaqqif tal-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà u The President’s Trust, entità li permezz tagħha jiġu żviluppati programme immirati lejn żgħażagħ vulnerabbli u f’riskju.
Il-President għalqet billi qalet li se tħares ‘il quddiem biex tkompli tikkonsolida l-ħidma li bdiet f’dawn is-sentejn biex il-Presidenza tibqa’ qrib il-Maltin u l-Għawdxin b’wisq il-poplu Malti u Għawdxi.