Coronavirus: Il-President ta’ Inter jagħti €100,000 lil sptar f’Milan

Fl-Italja, sa issa kien hemm 107 persuna li mietu b’din il-marda.

Il-President tat-tim ta’ Inter ħabbar li se jagħti donazzjoni ta’ €100,000 liċ-ċentru ta’ Riċerka f’Milan Sacco fid-dawl tal-kriżi li qed taħkem lill-belt u l-Italja minħabba l-firxa tal-coronavirus. 

Il-President tal-klabb minn Milan, Steven Zhang, qal li t-tim ta’ Inter huwa marbut mal-komunità tal-belt ta’ Milan u japprezza l-mument diffiċli li qed tgħix din il-belt. 

Zhang qal li t-tim qed japprezza d-diffikultajiet u t-tħassib minħabba l-Coronavirus. 

Fl-Italja, sa issa kien hemm 107 persuni li mietu b’din il-marda. Il-Gvern Taljan ilbieraħ ħabbar li se jagħlaq l-iskejjel sa nofs Marzu biex jillimita r-riskju li tinfirex din il-marda.