​Il-President tas-Sri Lanka ma jridx lin-nisa jixtru x-xorb

Il-President Sri Lankan Maithripala Sirisena rrevoka deċiżjoni li kienet se tippermetti lin-nisa Sri Lankana jixtru x-xorb fil-pajjiż.
Waqt attività politika, il-President qal li kien ordna lill-Gvern biex jirrevoka d-deċiżjoni li kienet tippermetti wkoll lin-nisa biex jaħdmu ġewwa bars mingħajr liċenzja. Huwa qal li l-ewwel darba li sema’ b’din il-liġi l-ġdida kienet mill-gazzetti.
Il-Gvern kien ħabbar tibdil fil-liġi li nkitbet fl-1955 wara li kien hemm qbil li dan jiddiskrimina kontra n-nisa.
Il-President Sri Lankan qed jiġi akkużat li mhux qed jittratta l-ugwaljanza ta’ bejn is-sessi b’mod serju.
Għalkemm il-liġi l-qadima mhux dejjem kienet tiġi infurzata, ħafna nisa kienu laqgħu t-tibdil b’mod pożittiv.