Il-President tal-PPE jsaqsi lil Renzi minn fejn se jġib il-flus

Fl-intervent tiegħu fil-Parlament Ewropew, il-President tal-Grupp Popolari Ewropew Manfred Weber, saqsa lill-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi minn fejn se jġib il-flus li Renzi qal li jrid iħalli lil uliedu permezz tal-Unjoni Ewropea.
Weber qal li ma jaqbilx mal-proposti tas-Soċjalisti u li jridu jimplimentaw liġijiet ekonomikament sostenibbli.
Sostna li hemm żewġ lezzjonijiet importanti li tgħallmu mill-kriżi ekonomika. L-ewwel lezzjoni hi li jridu jirregolaw is-suq ekonomiku, u t-tieni li d-dejn joqtol il-futur tal-Ewropa.
Għamel enfażi fuq l-importanza li l-Unjoni Ewropea twettaq dak li twiegħed. Qal li l-Ewropa trid turi li hi responsabbli, u li dejjem għandha twieġeb il-mistoqsija kruċjali, issellifx flus jew le.