Il-President tal-Parlament Ewropew fi kwarantina preventiva

Il-President tal-Parlament Ewropew, it-Taljan David Sassoli ħabbar li ma’ kienx ser jattendi għas-seduta plenarja tal-Parlament Ewropew li qed issir it-Tlieta fi Brussell wara li għazel li jagħmel kwarantina ta’ 14 -il ġurnata minħabba li hu kien l-Italja. 

Pajjiżu, jinsab għaddej minn perjodu diffiċli ħafna hekk kif ġie deċiż li jkun hemm lock-out fuq il-pajjiż kollu biex tiġi kkontrollata l-firxa tal-Coronavirus. 

Il-President tal-Parlament Ewropew qal li dan huwa mument straordinarju u timponi responsabiltajiet fuq il-membri parlamentari ewropej Taljani, u għalhekk ħass li għandu jaġixxi b’mod responsabbli u joqgħod għal kwarantina f’daru.  

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn