Il-President tal-Kummissjoni Ewropea jifraħ lil Dr Joseph Muscat għar-rebħa elettorali

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea José Manuel Barroso feraħ lil Dr Joseph Muscat għar-rebħa elettorali li kiseb fl-elezzjoni ġenerali tas-Sibt li għadda.

Qal li f’isem il-Kummissjoni Ewropea, Dr Muscat jista’ jserraħ moħħu li se jkollu l-appoġġ kontinwu tal-Kummissjoni Ewropea sabiex taħdem id f’id ma Malta f’dan iż-żmien ta’ sfidi li qed tiffaċċja l-Unjoni Ewropea.

Barroso xtaq kull suċċess lil Dr Muscat fil-kariga ġdida tiegħu ta’ Prim Ministru.