Il-President tal-KE jgħid li l-ftehim bejn l-UE u t-Turkija dwar l-immigranti qed jaħdem

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Donald Tusk qal li l-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija dwar l-immigranti qiegħed jaħdem.
F'konferenza tal-aħbarijiet, qal li kien hemm tnaqqis drastiku fl-influss ta' immigranti illegali u saħaq li t-Turkija hi "l-aħjar eżempju fid-dinja dwar trattament ta' refuġjati", minkejja l-kritika kollha li rċiviet.
Il-Prim Ministru tat-Turkija Ahmed Davutoglu għal darb'oħra sostna li l-Unjoni Ewropea issa għandha timplimenta vjaġġar mingħajr il-bżonn tal-Visa, bħala parti mill-ftehim.