Indipendenza għall-Katalunja, imma mhux qabel isir djalogu

Il-President tal-Katalunja Carles Puigdemont qal li se jirrispetta r-rieda tal-poplu dwar l-indipendenza tar-reġjun, però qal li hemm bżonn li jsir djalogu ma’ Spanja.
Il-midja internazzjonali kienet qed tirrapporta li kien hemm possibilità li l-President kien se jsejjaħ għall-indipendenza llum filgħaxija. Madanakollu, il-President qal li se jissospendi d-dikjarazzjoni tal-indipendenza għal xi ftit ġimgħat.
Il-Pulizija Spanjola tinsab lesta biex tarresta l-President jekk dan jiddikjara l-indipendenza fil-Parlament Reġjonali, skont sorsi familjari mal-pjanijiet tal-Gvern Spanjol.
Skont rapport fil-midja internazzjonali, għadha ma tteħditx deċiżjoni finali dwar jekk hux se tittieħed xi forma ta’ azzjoni għal issa. Minkejja dan, il-Pulizija Nazzjonali ta’ Spanja tinsab fir-reġjun tal-Katalunja  biex dawn iwettqu raid jekk il-Pulizija tal-Katalunja tagħżel li tipproteġi lill-President tagħhom.