Il-President tal-Iran mhux se jċedi għal pressjoni ta’ Trump

Reuters

Il-President tal-Iran Rouhani wiegħed lill-Iranjani li l-Gvern tiegħu se jkun jista’ jlaħħaq mal-pressjoni ta’ sanzjonijiet Amerikani ġodda u mhux se jċedi għal pressjoni ta’ Trump.

Ilbieraħ kien hemm protesti minn kummerċjanti f’Teheran wara li l-valuta Iranjana – ir-rial – waqgħat b’mod drastiku.

L-Aġenzija tal-aħbarijiet Fars qalet li l-Grand Bazaar f’Teheran kien fuq strajk għat-tieni jum konsekuttiv hekk kif dawk li pporetestaw użaw slogans kontra l-gvern fit-toroq tal-belt.

Il-Pulizija żammet sigurtà stretta wara li l-protesti komplew riżultat tal-waqgħa tal-munita hekk kif il-prezzijiet ta’ prodotti mpurtati sploda ‘l fuq.