Il-President tal-Iran fi żjara storika fl-Ewropa

Il-President Iranjan, Hassan Rouhani, beda vjaġġ meqjus storiku fl-Ewropa.
Din hi l-ewwel darba, f’iktar minn 20 sena, li President tal-Iran qed iżur pajjiżi Ewropej fuq żjara statali.
Illum kellu laqgħat mal-Prim Ministru Matteo Renzi fl-Italja fejn mistenni wkoll jiltaqa’ mal-Papa Franġisku.
L-Erbgħa mbagħad mistenni jżur Franza.
L-Ewropa kienet l-ikbar sieħeb ekonomiku għall-Iran qabel sanzjonijiet bl-iskop taż-żjara jkun it-tiġdid tar-rabtiet ekonomiċi.
Matul din iż-żjara, l-Iran mistenni jikkonkludi ftehim għax-xiri ta’ 114-il ajruplan Airbus.