Il-President tal-Brażil pożittiv għall-coronavirus

REUTERS/Adriano Machado

Il-President tal-Brażil, Jair Bolsonaro ttestja pożittiv għall-coronavirus. Dan qed ikun irrappurtat fuq siti internazzjonali.

Ilbieraħ hu għamel ir-raba test tiegħu wara li żviluppa s-sintomi tal-virus, inkluż deni qawwi. Bolsonaru kemm-il darba pprova jgħid li l-virus kien inqas perikoluż minn kemm kien qed jiġi rrappurtat u kien isejjaħlu “a little flu” (riħ ħafif). Hu kien jgħid li jekk jimrad ma kienx se jispiċċa affettwat serjament minnu.

Hu ħeġġeġ governanti reġjonali sabiex itaffu l-lockdowns li qal li kienu qed joħolqu dannu lill-ekonomija. It-Tnejn hu taffa r-regoli li jduru madwar l-ilbies tal-maskri.

Lura f’April kien qed li jekk jispiċċa jimrad hu bil-virus ma kienx se jkollu għaliex jinkwieta għax ma kien se jħoss xejn, qal li l-aktar l-aktar forsi jħoss sintomi ta’ riħ ħafif.