Il-President tal-Brażil eqreb ta’ proċeduri ta’ impeachment

Mill-Brażil, il-kap ta’ kumitat tal-Kungress ikkonkluda li hemm biżżejjed provi biex il-President tal-pajjiż, Dilma Rousseff, tiffaċċja vot ta’ impeachment.
Rousseff, li fl-aħħar ġimgħat saru diversi protesti fit-toroq kontra t-tmexxija tagħha, qed tiġi akkużata li mmanipulat il-kontijiet tal-Gvern biex taħbi deficit dejjem jikber.
Nies madwar Rousseff, inkluż l-eks-President li hi ħatret Ministru tagħha, aktarx biex jevita proċeduri l-Qorti, qed jiffaċċjaw akkużi wkoll ta’ korruzzjoni, b’appelli għal elezzjoni bikrija li s’issa Rousseff qed tirrifjuta.