Il-President tal-Botswana f’Malta għall-ewwel darba

Il-President tal-Botswana, il-Logutenent Ġeneral Seretse Khama Ian Khama, se jasal Malta aktar tard illejla għal żjara kulturali.
Wqt iż-żjara, Khama se jiltaqa’ mal-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, mal-Prim Ministru, Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, kif ukoll mal-Ispiker tal-Kamra, Anġlu Farrugia.
L-aspett kulturali taż-żjara tal-President Ian Khama se jinkludi żjarat il-Birgu, il-Port il-Kbir, il-Konkatidral ta’ San Ġwann, Ħaġar Qim u l-Imdina.
Din hi l-ewwel żjara f’Malta minn President mill-Botswana, pajjiż fin-naħa ta’ isfel tal-kontinent Afrikan.
Ritratt: DOI – Omar Camilleri