Il-President tagħmel żjara mhux tas-soltu f’Għawdex

Read in English.

Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, żaret il-kwartieri ġenerali tal-Emergency Response and Rescue Corps (ERRC), fix-Xewkija.

Magħtul iż-żjara tagħha, il-president iltaqgħet ma’ numru ta’ voluntiera u kadetti li jipprovdu għadd kbir ta’ servizzi madwar Malta u Għawdex, inkluż servizz t’ambulanza, tfittxija u salvataġġ fuq l-art u fuq il-baħar, diversi korsijiet ta’ taħriġ, kampanji edukattivi u ambjentali, kif ukoll xogħol umanitarju.

Waqt iż-żjara tagħha, il-president, fil-preżenza tal-Ministru t’Għadwex Justyne Caruana, iffirmaw ritratt kommemorattiv ta’ dgħajsa tas-salvataġġ ġdida li kienet sponsorjata mill-president ta’ Malta.

L-ERRC hija organizzazzjoni volontarja, karitatevoli u mhux għall-profitt. Hija għandha l-għan ewlieni li tippreveni u tiffaċilità sitwazzjonijiet ta’ emerġenza li jinvolvu persuni f’riskju.

Kull min jixtieq jifforma parti u jgħin lill-ERRC f’din il-kawża nobbli ġentilment jikkuntattja lill-ERRC permezz tas-sit elettroniku tal-organizazzjoni.