Il-President ta’ Malta tvara l-istrina taż-żgħażagħ Solidaritree f’Għawdex

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca żaret il-kulleġġ Sir M A Refalo f’Għawdex biex tvara l-Istrina taż-żgħażagħ Solidaritree.  
Il-President inkoraġġiet liż-żgħażagħ biex permezz tal-kampanja Solidaritree jferrxu l-entużjażmu tagħhom hekk kif il-bżonnijiet ta’ dawk li qed jibbenefikaw mill-Malta Community Chest Fund qegħdin dejjem jikbru.
Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo rringrazzja lill-President ta’ Malta li attendiet l-ewwel  Freshers’ tas-6th Form fil-gżira ta’ Għawdex.
Wara Għawdex, il-President marret fuq il-Campus tal-Università ta’ Malta fejn hemm iltaqgħet mal-55 għaqda tal-istudenti li qed jieħdu sehem fi Freshers’ Week. 
Il-President qalet li ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin tant għandhom talent x’joffru li bil-kapaċità tagħhom se jkunu qed jiżirgħu differenza pożittiva fil-komunità Maltija u Għawdxija.

Ritratt: DOI – Clodagh Farrugia O'Neill