Il-President ta’ Malta tinħatar Ambaxxatur Speċjali tal-UN

Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, ġiet appuntata Ambaxxatur Speċjali tan-Nazzjonijiet Magħquda (UN) għas-Sena Internazzjonali tat-Turiżmu Sostenibbli għall-Iżvilupp.
Dan mhuwiex l-ewwel rikonoxximent tan-Nazzjonijiet Magħquda lill-President Maltija. Fl-2016 kienet ingħatat il-premju ta’ Aġent tal-Bidla fi New York.
Fil-kwartieri tal-Organizzazzjoni tat-Turiżmu Dinji fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda, Coleiro Preca ltaqgħet mas-Segretarju Ġenerali tal-organizzazzjoni, Taleb Rifai, fejn tkellmet dwar is-sinjifikanza tat-turiżmu responsabbli bħala għodda biex tinbena l-paċi, il-koeżjoni soċjali u l-prosperità għal kulħadd.
Bħala Patruna tal-Fondazzjoni għat-Turiżmu Mediterranju, Coleiro Preca, talbet lin-Nazzjonijiet Magħquda sabiex jaffiljaw magħha lil din il-fondazzjoni. B’dal-mod il-fondazzjoni tkun tista’ taqsam l-inizjattivi u l-prattiċi tagħha ma’ reġjuni oħra madwar il-globu.