Il-President ta’ Malta tingħata l-Presidenza Onorarja ta’ għaqda ta’ djalogu

L-għaqda Maltija “Forum għall-Iżvilupp u d-Djalogu għad-dinja Għarbija u l-Ewropa” (AEFDD) tat il-Presidenza Onorarja għall-ħajja lill-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, li l-Gvern spjega, hi aċċettat.
Dan b’rikonoxximent għall-impenn kontinwu tal-President favur ir-rispett, id-djalogu bejn kulturi differenti u l-eżistenza fil-paċi bejn il-pajjiżi.
L-għaqda hi waħda mhux governattiva bil-għan li tlaqqa’ professjonisti, reliġjużi u studjużi mid-dinja Għarbija u dik Ewropea u tħeġġeġ kultura kontra l-fanatiżmu, l-estremiżmu u r-razziżmu.