Il-President ta’ Malta tibda żjara statali fl-Alġerija

Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, ħalliet Malta għall-Alġerija.
Fin-nuqqas tagħha, Dolores Cristina hi l-Aġent President.
Fiż-żjara statali l-President ta’ Malta għandha għadd ta’ impenji fosthom laqgħat mal-Prim Ministru u l-President tal-Alġerija, laqgħa mal-Malta Economic Forum fil-pajjiż, u żjarat f’dar tal-anzjani għan-nisa, shelter għat-tfal u lill-monument tal-martri.