Il-President ta’ Malta tħeġġeġ lill-immigranti jitgħallmu l-Malti

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ħeġġet lill-immigranti li ilhom jgħixu Malta biex jitgħallmu l-lingwa Maltija u jifhmu aħjar il-kultura ta’ Malta.
Marie-Louise Coleiro Preca kienet qed titkellem waqt l-inawgurazzjoni tal-uffiċini tal-Malta Microfinance, fi ħdan is-St. Andrew’s International Centre fil-Belt Valletta.
Fl-indirizz tagħha, qalet ukoll li din il-Presidenza qed tħares ‘il quddiem sabiex jitkattar iktar ġid minn inizjattivi bħall-Microfinance. Faħħret ukoll is-sehem ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali li qed jaħdmu biex jgħinu immigranti u familji foqra.

Ritratt: DOI- Clifton Fenech