Il-President ta’ Malta tappella biex il-ġudikatura tagħti widen lit-tfal

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca appellat biex il-ġudikatura waqt il-proċeduri ġudizzjarji jagħtu widen għal dak li għandhom xi jgħidu t-tfal.
Coleiro Preca qalet dan waqt il-ħatra taż-żewġ Imħallfin ġodda Miriam Haymen u Giovanni Grixti u l-Maġistrati ġodda Joe Mifsud u Monica Vella.
Il-President ta’ Malta appellat biex il-ġudikatura tkun disposta li tisma’ lit-tfal għaliex għandhom xi jgħidu lis-soċjetà u dan b’konformi mal-Artiklu 12 tal-Konvenzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal.
Enfasizza li l-vuċi tat-tfal ma tasalx jekk ma tkunx il-ġudikatura jew il-ġenituri tagħhom li jagħtuhom spazju.
Marie-Louise Coleiro Preca appellat ukoll dwar id-dewmien fil-Qorti. 
Hija awgurat lill-Imħallfin u lill-Maġistrati l-ġodda u appellat biex dawn ikomplu jsaħħu lill-ġudikatura li hija wieħed mill-ikbar pilastri ewlenin tad-demokrazija.

Ritratt: DOI – Martin Attard