Il-President ta’ Malta se żżur il-Barracks tal-FAM b’ħelikopter

Għada filgħodu l-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca se żżur għall-ewwel darba matul il-Presidenza tagħha, il-Barracks tal-Forzi Armati ta’ Malta f’Ħal Luqa.
Hi se tasal Ħal Luqa abbord ħelikopter għal ħabta tal-11.30 ta’ filgħodu, wara li se tkun żaret sezzjonijiet differenti tal-Armata.
Il-qofol taż-żjara se tkun l-ispezzjoni tal-Gwardja tal-Unur mill-President, f’ċerimonja li fiha se tipparteċipa wkoll il-Banda tal-Forzi Armati.