Il-President ta’ Malta jifraħ lill-Papa Franġisku

Permezz ta’ messaġġ qasir il-President ta’ Malta George Abela feraħ lill-Papa Franġisku fl-okkażjoni tal-ħatra ta’ Papa ġdid.

Il-President ta’ Malta sostna li l-aħbar tal-ħatra tal-Papa ntlaqat b’mod tajjeb ħafna mill-Knisja Kattolika. Huwa kompla jgħid li l-isem magħżul, dak ta’ Franġisku, joħroġ sens ta’ simpliċità, kompassjoni, tolleranza u solidarjetà umana. Dan għaliex dawn jirrappreżentaw il-karatteristiċi ta’ San Franġisk t’Assisi.

Il-President George Abela temm il-messaġġ tiegħu billi talab għall-barka tal-Papa l-ġdid.