Il-President Abela ħalla Malta għal żjara privata fl-Italja

Il-President ta' Malta George Abela u s-Sinjura tiegħu, illejla ħallew Malta għal żjara privata fl-Italja.

Sadanittant, l-eks Ministru Dolores Cristina hi l-Aġent President.

Dr Abela u s-Sinjura tiegħu mistennija lura Malta, l-Erbgħa 11 ta' Settembru.