Il-President ta’ Malta b’appell biex tingħata aktar attenzjoni liż-żgħażagħ

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, fl-indirizz tagħha fil-konferenza tal-Assoċjazzjoni Għawdxija għas-Saħħa Mentali, appellat biex tingħata aktar attenzjoni liż-żgħażagħ biex fl-edukazzjoni akkademika tagħhom ikollhom tagħlim għall-ħajja.
Il-President appellat għal strateġija komprensiva biex tħares il-ġid u s-saħħa ta’ adolexxenti u żgħażagħ li tiffoka fuq it-twaqqif ta’ numru ta’ servizzi speċjalizzati, li huma tant meħtieġa miż-żgħażagħ.
Fiż-żjara tagħha l-President ta’ Malta attendiet għall-attività flimkien mal-Isqof t’Għawdex Mario Grech.
Matul din l-attività nġabru l-flus li bihom inxtara vann għall-persuni li jingħataw l-għajnuna minn Dar Arka.
Il-President flimkien mas-Sur Preca attendew diversi attivitajiet b’risq il-Malta Community Chest Fund, fosthom il-Maratona Sportiva ‘Ejja Nirbħu’ fil-kumpless sportiv fir-Rabat Għawdex.
Għall-ftuħ tal-Maratona attenda l-Ministru t’Għawdex Anton Refalo, kif ukoll is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b' Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana.

Ritratt: DOI