Il-President ta’ Kuba mhux se jirriżenja qabel l-2018

Il-President ta’ Cuba, Raul Castro qal li hu mhux ser jitlaq mill-kariga ta’ president qabel l-2018, is-sena meta jkun għaddha t-tieni perjodu presidenzjali għalih wara li reġa’ ġie elett fil-kariga.

Raul Castro, li llum għandu 81 sena, laħaq president ta’ Kuba lura fl-2008, sentejn wara li ħa postu minflok ħuh, Fidel Castro.

Il-bieraħ, Fidel Castro ta’ 86 sena, deher fil-pubbliku wara żmien twil ma jidher. Dan tal-aħħar kien ilu fil-poter tal-pajjiż għal xejn inqas minn ħamsin sena.