Il-President ta’ Brescia lest li jħalli lil Balotelli jitlaq b’xejn

Il-President tal-klabb ta’ Berscia Massimo Cellino qal li Mario Balotelli jista’ jitlaq minn ma’ Brescia f’Jannar li ġej bla ħlas. Il-President stqarr li ma jixraqlux ikun fejn qiegħed bħalissa.

Balotelli li għandu 29 sena skurja biss darbtejn u kien abbuża razzjalment waqt logħba mis-Serie A kontra Hellas Verona.

Cellino qal li se jħalli f’idejn Balotelli biex jara x’inhu l-aħjar għalih. L-istess President keċċa lill-maniġer Fabio Grosso wara tliet logħbiet u apponta lil Eugenio Corini minflok.

Balotelli, l-eks plejer ta’ Manchester City u Liverpool ingħaqad ma’ Brescia fis-sajf wara li telaq minn ma’ Marseille. Sfortunatament irnexxielu jiskorja biss żewġ gowls fit-tmien logħbiet li lagħab fihom.