Il-President Sqalli f’Malta f’diskussjoni dwar il-pipeline tal-gass

DOI - Pierre Sammut

Il-President ta’ Sqallija Sabastiano Musumeci qiegħed f’Malta biex jiddiskuti l-proġett tal-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija.

Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Enerġija qal li Musumeci kellu laqgħat mal-Ministru għall-Enerġija dwar il-pipeline. Skont il-Ministeru, mill-bidu nett tal-proġett kien beda eżerċizzju ta’ konsultazzjoni mal-partijiet konċernati. Mizzi assigura lil Musumeci li dan il-proċess se jkompli u li se jsiru aktar laqgħat fi Sqallija fix-xhur li ġejjin.