Awdjo: Il-President se tiltaqa’ mal-Papa f’Settembru li ġej

Il-President ta' Malta Marie Louise Coleiro Preca se tiltaqa' mal-Papa Franġisku f'Settembru li ġej.
Waqt il-programm Il-Polz taċ-Ċittadin fuq RTK, illum wara nofsinhar, il-President ħabbret li se żżur il-Vatikan fid-29 ta' Settembru.
Ix-xahar li għadda, kelliem għall-Uffiċċju tal-President, kien qal ma' Newsbook.com.mt li Coleiro Preca mistennija tiltaqa’ mal-Papa la jidħol sew is-Sajf. 
In-Nunzjatura tas-Santa Sede kienet infurmat lill-Uffiċċju tal-President li bejn laqgħat mhux mistennija tal-Papa u l-kundizzjoni ta' saħħtu, kellhom jiġu rranġati l-appuntamenti tiegħu.