Il-President se jiddaħħal l-isptar għada

Read in English.

Il-President George Vella se jidħol l-isptar għada għal intervent kirurġiku ppjanat.

Fi stqarrija, l-Uffiċċju tal-President qal li Vella se jidħol Mater Dei għada “biex isirlu intervent kirurġiku minuri li kien ippjanat bil-quddiem u li jrid isir taħt anestesija ġenerali.”

Intqal li Vella mhux se jkun jista’ jaqdi d-dmijirijiet tiegħu bejn l-14 u l-15 ta’ Frar. Dolores Cristina se tkun qed tassumi l-kariga ta’ Aġent President tar-Repubblika għal dawn il-jumejn.