Partijiet tal-meteorita jaqgħu fuq ir-Russja

Fir-Russja, fil-muntanji Ural, intbagħat tim ta’ għoxrin elf persuna bħala parti minn ħidma ta’ salvataġġ u biex titnaddaf z-zona wara li partijiet ta’ meteorita waqgħu fl-inħawi.
Il-President Russu Vladimir Putin qal li dawn intbagħtu biex igħinu mal-1,200 persuna feruti inluż 200 tfal, l-aktar minn ħġieġ imkisser. Is-saħħa u l-veloċità tal-meteorita kissru diversi twieqi u heżżew bini madwar Chelyabinsk.
Kien hemm persuni li qalu raw ballun tan-nar għaddej mis-sema. Il-President Russu qal li jirringrazzja lil Alla li ebda partijiet tal-meteorita li kienet tiżen mal-10 tunnellati ma waqgħu f’postijiet residenzjali.
Hija daħlet fl-atmosfera tad-dinja, u tfarrket biċċiet madwar 30 u 50 kilometru ‘l fuq mill-art.