Il-president qed jingħata aktar poteri, tajjeb li jintgħażel b’żewġ terzi – Said

Read in English.

Id-deputat Nazzjonalista Chris Said qal li l-Oppożizzjoni taqbel dwar it-tibdil propost fil-ħatriet tal-President u tal-Prim Imħallef li ssir biż-żewġ terzi iżda ma jaqblux dwar proċeduri ta’ riżerva (fallback position).

Huwa qal li kif jiġri dwar il-karigi tal-Ombudsman u l-Awditur Ġenerali li dejjem kien hemm qbil dwarhom, b’hekk anke fuq karigi oħra jista’ jintlaħaq qbil.

Dwar il-ġudikatura, Said qal li l-Gvern mar għal soluzzjoni fejn kumitat tal-għażla jipproponi tliet ismijiet lill-President tar-Repubblika, b’hekk l-President qed jingħata aktar poteri u tagħmel sens li jinħatar biż-żewġ terzi.

Kummissarju tal-Istandards jinvestiga l-inbid, martu tiddefendi lill-akkużat – Bedingfield

Is-seduta tal-parlament bdiet b’battibek bejn id-deputat Laburista Glenn Bedingfield u d-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonniċi meta l-whip Laburista semma’ deċiżjoni tal-Qorti Ewropea għad-drittijiet umani li kkritikat lill-Gvern Malti meta fiż-żmien il-Gvern Nazzjonalista l-Prim Imħallef kien ħu u z-ziju avukat f’kawża ġudizzjarja.

Bedingfield qal li llum teżisti sitwazzjoni fejn il-Kummissarju tal-Istandards George Hyzler waqt li kien qed jagħmel investigazzjoni dwar rigali li l-eks Prim Ministru Joseph Muscat irċieva mingħand Yorgen Fenech, akkużat bl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, martu kien qed tiddefendih fil-qorti. Hu staqsa meta kienet tkellmet l-aħħar ma’ Fenech wara Novembru tas-sena li għaddiet.