Read in English.
Il-President George Vella fl-aħħar ħin ħassar laqgħat li huwa skeda ma’ deputati Nazzjonalisti hekk kif illum kompliet tiżvolġi l-kriżi ta’ tmexxija fil-Partit Nazzjonalista.
L-istazzjon Nazzjonali qed jirrapporta li dawn il-laqgħat ġew imħassra wara li aktar kmieni Newsbook.com.mt u diversi rapporti fuq siti oħra inkluż tal-istazzjon nazzjonali qalu li l-President talab li jiltaqa’ mad-deputati fil-Palazz ta’ San Anton f’Ħ’Attard.
Kelliema għall-Uffiċċju tal-President qalet li “l-President qed jimxi skont kif tistipula l-Kostituzzjoni”.
Newsbook.com.mt aktar kmieni rrapporta kif l-Imħallef Emeritu Giovanni Bonello u l-Avukat Franco Debono qablu fl-analiżi tal-Kostituzzjoni li tagħti poteri lill-President biex jagħżel Kap tal-Oppożizzjoni.
Kollox beda bir-riżultat ta’ stħarriġ tal-MaltaToday ippubblikat il-Ħadd li għadda u li ġie diskuss waqt laqgħa tal-Grupp Parlamentari lbieraħ filgħaxija.