Il-President Pollakk Andrzej Duda jirbaħ l-elezzjonijiet Presidenzjali

Aġġornat 09:36 AM
REUTERS/Aleksandra Szmigiel

Read in English.

Il-President Pollakk Andrzej Duda rebaħ l-elezzjonijiet presidenzjali Pollakki. Dan ħabbritu l-kummissjoni elettorali tal-pajjiż wara li ngħaddu 99% tal-voti.

L-elezzjoni mill-ġdid ta’ Duda, alleat tal-partit nazzjonalista Liġi u Ġustizzja (PiS), li jinsab fil-Gvern, hija kruċjali biex il-Gvern jimplimenta l-aġenda konservattiva tiegħu, inkluż riformi ġudizzjarji meqjusa bħala mhux demokratiċi mill-UE.

L-isfidant ta’ Duda, is-Sindku liberali tal-kapitali Varsavja, Rafal Trzaskowski, wiegħed li jsewwi r-relazzjonijiet tal-Polonja mal-Ewropa u juża l-veto presidenzjali biex jimblokka kull liġi li tmur kontra s-saltna tad-dritt.

L-aħħar stħarriġ min Ipsos kien bassar rebħa ta’ Duda b’51% tal-voti. Dan l-istħarriġ kellu marġini ta’ żbal ta’ 1%.