Il-President ta’ Malta George Vella flimkien mas-Sinjura Vella se jiżolaw ruħhom għal ġimgħa wara li membru tal-istaff tal-Palazz ittestja pożittiv għall-Covid-19.
Dan tħabbar fi stqarrija mill-Uffiċċju tal-President fejn intqal li l-membru nstab pożittiv wara swab test ta’ rutina, membru tal-istaff
Huma wkoll għamlu test ta’ rutina dalgħodu u ħareġ negattiv iżda xorta waħda ddeċidew li joqogħdu f’iżolament għal żmien ġimgħa bħala miżura ta’ prekawzjoni.
Minħabba f’hekk l-impenji kollha li l-President kellu skedati għall-ġimgħa d-dieħla ġew posposti.
Il-każi tal-lum
100 każ ġdid ta’ Covid-19