‘Il-President Jirrispondi’ għada f’sessjoni online

DOI - Kevin Abela

Il-President George Vella se jkun qed jieħu sehem f’sessjoni ta’ mistoqsija u tweġiba bl-isem ta’ ‘Il-President Jirrispondi’

Din is-sessjoni ta’ madwar siegħa se tkun qed tixxandar għadab’mod dirett fuq il-paġna ta’ Facebook tal-President fis-7 ta’ filgħaxija.

Il-mistoqsijiet se jsiru mill-Professur Carmen Sammut, iżda minbarra dawk li se tkun qed tistaqsi l-moderatur, il-pubbliku se jkun jista’ jagħmel id-domandi tiegħu wkoll.  L-għan ta’ din is-sessjoni huwa li l-President iwieġeb mistoqsijiet dwar il-ħidma li qed iwettaq u l-opinjoni tiegħu.

Il-pubbliku u l-media jistgħu jibagħtu l-mistoqsijiet tagħhom b’email fuq president@gov.mt jew dirett waqt ix-xandira tas-sessjoni fuq Facebook.

Il-Professur Sammut hija Pro-Rettur fl-Università ta’ Malta u Kap tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Internazzjonali. Hija lettur f’dan id-Dipartiment u tgħallem il-ġurnaliżmu fil-Fakultà tal-Media. Għandha esperjenza twila bħala ġurnalista u tieħu sehem bħala opinjonista f’diversi programmi.