Il-President jinawgura Presepju fi Vjenna

Il-President George Vella se jkun qed iżur l-Awstrija sabiex jinawgura Presepju Artistiku fi Vjenna.

Fi stqarrija ġie spjegat li l-Presepju Tradizzjonali Malti li fl-aħħar snin intrama fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, fil-Pjazza tan-Nattività f’Betlehem u fi Pjazza Tritoni fil-Bet Valletta, issa se jkun inawgurat mill-President Vella fil-belt kapitali Awstrijaka. Hu se jkun akkumpanjat mill-Ministru għall-Ġustizzja, Owen Bonnici, is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista, u s-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis.

Aqra: Il-presepju Malti din is-sena għal Vjenna

Intant, il-President mistenni jkollu laqgħat mal-President tal-Awstrija, Alexander Van der Bellen u wkoll mas-Sindku u Gvernatur ta’ Vjenna Michael Ludwig.

Intant, Dolores Cristina se sservi fil-kariga ta’ Aġent President ta’ Malta.