Il-President iżżur sptarijiet f’Londra

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca żaret tlett sptarijiet f’Londra.
Fi stqarrija, l-Uffiċċju tal-President spega li pazjenti Maltin jintbagħtu għal kura speċjalizzata fl-isptarijiet:

  • Royal Free Hospital
  • Royal National Orthopaedic Hospital
  • St Mark’s Hospital

 L-Uffiċċju żied jgħid li f’dawn l-isptarijiet hemm ukoll numru ta’ speċjalisti Maltin, li qed jagħtu viżibilità u fama mill-aqwa lil Malta.
Ritratti: DOI – Clifton Fenech