Il-President Iranjan isostni li pajjiżu m’għandux armi nukleari

Il-President Iranjan Hassan Rouhani sostna li pajjiżu m’għandux u mhux se jibni armi nukleari.

Huwa ddeskriva ittra li rċieva mingħand il-President tal-Istati Uniti Barack Obama bħala pożittiva u nsista li se jerga’ jinnegozja l-kundizzjonijiet impostu fuq l-Iran fir-rigward tal-programm nukleari.

Aktar kmieni Rouhani ħeles mill-ħabs lil Nasrin Sotoudeh, li huwa magħruf għall-ħidma kbira favur id-drittijiet tal-bniedem kif ukoll għaxar priġunieri politiċi oħra.

Il-ġimgħa d-dieħla, il-President Iranjan huwa mistenni li jindirizza l-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda fi New York.