Il-President ippremjata medalja tad-deheb għall-paċi

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca għadha kemm ġiet ippremjata bil-medalja tad-deheb tal-organizzazzjoni Iżlamika għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura(ISESCO).
Il-medalja tirrikonoxxi lil dawk li jaħdmu sabiex jippromwovu l-paċi u għaldaqstant intqal li ingħatat dan il-premju minħabba l-kontribuzzjoni tagħha sabiex tippromwovi l-paċi f’Malta, fil-Mediterran u madwar id-dinja.
Il-premju ġie ppreżentat mid-Direttur Ġenerali tal-ISESCO, Abdulaziz Othman Altwaijri.
Ritratt: OPR