Read in English.
Il-President George Vella u s-Sinjura Vella ħallew il-Gżejjer Maltin għall-Ingilterra, sabiex jiltaqgħu mar-Reġina Eliżabetta II.
Iż-żjara tagħhom se ddum erbat ijiem. Il-laqgħa mar-Reġina Eliżabetta II se ssir f’Buckingham Palace, u se jiltaqgħu wkoll mal-Prinċep ta’ Wales Charles fi Clarence House.
Waqt iż-żjara tiegħu f’Londra, il-President Vella se jkun qed jindirizza taħdita f’Chatham House bit-tema ‘L-isfidi kurrenti tas-sigurtà fir-reġjun tal-Mediterran’.
Barra minn hekk, il-President u s-Sinjura Vella se jżuru lill-pazjenti u lill-qraba tagħhom li bħalissa qegħdin Londra u qed joqogħdu fl-appartamenti ta’ Puttinu Cares, kif ukoll għand is-Sorijiet Franġiskani u Agostinjani.
Sakemm il-President se jkun Londra, Dolores Cristina se tkun qed isservi fil-kariga ta’ Aġent President.