Il-President Franċiż ma jeskludix lockdown ieħor

French President Emmanuel Macron speaks with Tedros Adhanom Ghebreyesus, Director General of the World Health Organization and other world leaders about the coronavirus outbreak during a video conference at the Elysee Palace in Paris, France, April 24, 2020. Christophe Ena/Pool via REUTERS

Read in English.

Il-President Franċiż Emmanuel Macron qal li ma jeskludix li jimplimenta lockdown ieħor madwar il-pajjiż kollu sabiex tiġi kkontrollata l-pandemija tal-coronavirus.

Waqt li kien qed jitkellem mal-ġurnalisti l-bieraħ dwar it-tieni mewġa tal-coronavirus, Macron qal li f’dan l istadju ma jista’ jeskludi xejn.

Sal-bieraħ Franza rreġistrat mas-7,000 każ ġdid tal-virus dan meta sa Mejju u Ġunju kienu qed jiġu rreġistrati ftit mijiet.

Il-gvern Franċiż wiegħed wkoll li mistenni jżid l-ammont ta’ swab tests fil-jiem li ġejjin.

Il-Ħamis, il-Prim Ministru Franċiż Jean Xastex qal li l-coronavirus reġa’ qed jinfirex fi Franza u li jekk il-gvern ma jaġixxix fil-ħin il-firxa tal-infezzjonijiet tista’ tkun waħda esponenzjali.

Minkejja ż-żieda fil-każi fl-aħħar ġimgħat, ir-rata ta’ mwiet baqgħet waħda baxxa. S’issa fi Franza mietu 30,500 persuna u mat-300,000 persuna ħarġu pożittivi għall-virus.