Il-President Franċiż jgħid li Franza żbaljat meta kkollaborat fl-olakawst

Il-President Franċiż Emmanuel Macron iddikjara li Franza żbaljat meta kkollaborat fl-olakawst u li bagħtet mat-13,000  Lhudi għall-mewt.
Waqt li kien qiegħed ifakkar il-vittmi Lhud Franċiżi li ntbagħtu fil-kampijiet ta’ konċentrament 75 sena ilu, Macron qal li kienet Franza li organizzat biex il-Lhud Franċiżi jiqatlu u mhux ma kienx hemm Ġermaniżi involuti.Saħaq li kienu l-Pulizija Franċiżi li kkollaboraw man-Nażisti.
Waqt ċerimonja li fiha kien hemm preżenti l-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu, Macron tenna l-ġlieda tiegħu kontra l-anti Semitiżmu.
Macron appella wkoll biex ikun hemm taħditiet għall-paċi bejn l-Iżrael u l-Palestina biex jiġu żewġ stati indipendenti.