Il-President Franċiż javża dwar it-tluq tal-Greċja miż-Żona Ewro

Il-President Franċiż Francois Hollande qal li għad fadal biss ftit żmien biex jiġi evitat it-tluq tal-Greċja miż-Żona Ewro.
Waqt żjara fl-Alġerija, Hollande saħaq li hemm bżonn li l-Greċja toħroġ b’alternattivi.
Huwa tenna li kulħadd għandu jaqdef biex il-Greċja tibqa’ fiż-Żona Ewro.
It-taħdidiet bejn il-Gvern Grieg u l-Uffiċjali fi Brussell ma waslu għal imkien.
Il-Ħamis li ġej, il-Ministri tal-Finanzi tal-Unjoni Ewropea se jiltaqgħu għal taħdidiet ġodda.