Il-President Franċiż iddefenda l-pjan tiegħu li jissupplixxi armi lir-ribelli Sirjani

Il-President Franċiż Francois Hollande iddefenda l-pjan tiegħu li jissupplixxi armi lir-ribelli Sirjani.

Wara laqgħa mal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, l-President Franċiż sostna li r-ribelli taw garanziji li l-armi mhux se jiġu f’idejn ħżiena. Dan hekk kif Franza u r-Renju Unit iridu li l-Unjoni Ewropea tneħħi r-restrizzjonijiet dwar l-armi, iżda l-Ġermanja għadha ma ddeċiditx jekk dan għandux jiġri.

Hu mifhum li mas-70,000 persuna nqatlu u mal-miljun persuna ħallew is-Sirja. Numru ta’ splużjonijiet u attakki suwiċida kienu responsabbiltà ta’ gruppi armati li x’aktarx kellhom konnessjoni mal-Al Qaeda u r-ribelli.