Il-President Franċiż Francois Hollande jasal fil-Mali

Il-President Franċiż Francoise Holland wasal fil-Mali, tlett ġimgħat wara li truppi Franċiżi nedew offensiva biex ikeċċu lir-ribelli Iżlamiċi mit-tramuntana tal-pajjiż.
Hollande intlaqa’ minn għadd ta dinjitarji u residenti ta Timbuktu.

Il-President Franċiż mistenni jrodd hajr lis-suldati Franċiżi tal-ħidma tagħhom fil-Mali filwaqt li mistenni jisħaq dwar il-bżonn ta aktar forzi Afrikani biex jieħdu post is-suldati Franċiżi.

Intant in-Nazzjonijiet Uniti wissiet dwar ir-riskju ta’ aktar attakki ta’ ritaljazzjoni kontra l-gruppi tat-Tuareg u l-kommunitajiet Għarab fit-tramuntana tal-Mali.