Il-President fi skambju tal-awguri mal-mexxejja tal-pajjiż

Pierre Sammut (DOI)

Read in English.

L-Arcisqof Charles Scicluna u l-Isqof Awziljarju Joseph Galea-Curmi, żaru lill-President ta’ Malta George Vella li kien akkumpanjat mill-mara tiegħu Miriam, fil-Palazz tal-President fil-Belt Valletta, għall-bdil tal-awguri tal-Milied u s-Sena l-Ġdida.

L-Arċisqof laqa’ lill-Prim Ministru Robert Abela fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana għall-bdil tal-awguri f’dawn il-festi. Il-Prim Ministru kien akkumpanjat mill-mara tiegħu Lydia u t-tifla Giorgia Mae.

Il-President George Vella u s-Sinjura Vella laqgħu fl-okkażjoni tal-bdil tal-awguri laqgħu wkoll lill-Prim Ministru Robert Abela, lill-Ispeaker Anġlu Farrugia, il-Prim Imħallef Mark Chetcuti, lill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u l-mara tiegħu u s-Segretarju Parlamentari Ewlieni Mario Cutajar fil-Palazz Presidenzjali tal-Belt Valletta.