Il-President f’laqgħa mad-Direttur Ġenerali tal-UNESCO

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, kellha laqgħa bilaterali mad-direttur ġenerali tal-UNESCO Irina Bokova.
Waqt din il-laqgħa, il-President tkellmet fuq kif f’dan iż-żmien hekk sensittiv u vulnerabbli għad-dinja, il-missjoni tal-UNESCO, li din is-sena qed tagħlaq 70 sena mit-twaqqif tagħha, għandha tkun prijorità.
Tkellmu dwar il-paċi fid-dinja u l-inizjattivi li huma meħtieġa li jittieħdu favur il-paċi.
Waqt il-laqgħa, il-President u Bokova tkellmu fuq inizjattiva tal-Presidenza fejn numru ta’ istituzzjonijiet li jaħdmu fis-setturi differenti li jolqtu l-paċi, se jinġiebu flimkien biex jinħoloq Istitut tal-Paċi u l-Ġid tan-Nies.
Bokova kkonfermat l-interess tal-UNESCO biex huma wkoll ikunu parti minn dan l-Istitut.
Ritratt: OPR