Il-President Emeritu Ugo Mifsud Bonnici jagħmel donazzjoni ta’ kotba lill-Parlament

L-Ispeaker Anġlu Farrugia, akkumpanjat mill-whips taż-żewġ naħat tal-Kamra Godfrey Farrugia u David Agius, irċieva donazzjoni ta’ kotba mill-President Emeritu Ugo Mifsud Bonnici għal-librerija tal-Parlament.
Parti minn din il-kollezzjoni kienet tappartjeni lill-Prof. Carmelo Mifsud Bonnici, li kien Deputat mill-1923 sal-1933 u parti tal-President Emeritu nnifsu, li serva bħala Deputat mill-1966 sal-1994.
L-Ispeaker irringrazzja lill-President Emeritu li għoġbu jagħmel din l-għotja.
Il-kotba jmorru lura sal-1925.
Il-President Emeritu Ugo Mifsud Bonnici kien akkumpanjat minn martu Ġemma Mifsud Bonnici, ibnu Carm Mifsud Bonnici u l-assistenta personali tiegħu Fiona Vella.
L-Ispeaker kien akkumpanjat mill-Iskrivan tal-Kamra Ray Scicluna u l-assistent personali tiegħu Ancel Farrugia Migneco.

Ritratt: DOI – Pierre Sammut