Il-President Emeritu Coleiro Preca fuq Newsbook Q&A

Facebook

Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Marzu, il-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca se tkun il-mistiedna fil-programm Newsbook Q&A. Dan huwa programm ewlieni u ġdid ta’ ġrajjiet kurrenti li se jkun qed jixxandar fuq Newsbook.com.mt kull nhar ta’ Ġimgħa u se jkun ippreżentat minn Fr Joe Borg.

Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Mara, Newsbook stieden li din il-veterana fil-qasam tal-politika. Bħall-predeċessur tagħha, l-E.T. Agata Barbara, hija affaċċjat bosta sfidi. Kif iffaċċjat l-ostakli li sabet bħala mara? Kien hemm ostakli li rebħet u liema ma rnexxilhiex tirbaħ? Għal xi ħadd li għex ħajtu taħt skrutinju kostanti, hemm ħajja wara l-politika? Kif tirreaġixxi għall-kontroversja llum li hija pjuttost persuna privata?

Min jixtieq li jistaqsi xi ħaġa lil Marie Louise Coleiro Preca jista’ jibgħat fuq ask@newsbook.com.mt

Il-programm se jixxandar ukoll fuq 103 FM.