Il-President Brażiljan jerġa’ jinstab pożittiv għall-coronavirus

REUTERS/Ueslei Marcelino

Read in English.

Il-President tal-Brażil Jair Bolsonaro reġa’ nstab pożittiv għall-coronavirus, skont rapporti mxandra fuq CNN Brasil. Dan ifisser li l-mexxej tal-lemin għadu ma rkuprax mid-dijanjosi oriġinali mħabbra ġimgħa ilu.

Kemm ilu li marad bil-Covid-19, Bolsonaro qal li hu jinsab f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba u aktar kmieni din il-ġimgħa sostna li se jkompli bl-iskeda normali tax-xogħol tiegħu jekk jirriżulta negattiv għall-virus.

Fil-ġimgħat li għaddew, il-President Brażiljan sostna li l-coronavirus m’hu xejn ħlief “daqsxejn deni” u insista li l-marda kienet qed tiġi esaġerata mill-mezzi tax-xandir u mill-avversarji tiegħu bl-għan li jqarrqu bil-pubbliku.